|
Il-Maltese
Welfare NSW Inc, organizzaw lejla ohra ta’ informazzjoni fejn
gie mogħti tagħrif siewi dwar it- tibdiliet importanti li dahlu
fis-seħħ dan l- aħħar li jolqotu ċ-ċittadinanza Awstraljana, kif
ukoll iċ-ċittadinanza Maltija. Lawrence Dimech mexxa din il-
lejla li għaliha attendew mas-70 ruħ.

L-ewwel kelliem mistieden kien Michael Crighton mid-Dipartiment
tal- Immigrazzjoni u Ċittadinanza li spjega bid-dettall
ir-riformi ġodda biex wieħed jakkwista ċittadinanza
Awstraljana li |
|
issa
jinkludi t-test għal dawk l-emigranti taħt is-60 sena. Semma’
wkoll ir-riformi li saru fil-liġi Awstraljana li jolqtu lil dawk
it-tfal minn ġenituri Maltin li twieldu l- Awstralja iżda marru
jgħixu Malta għal kollox.

Fl-assenza tal-Kummissarju Għoli, Francis Tabone li kien
imsiefer, tkellmet Joanna Pisani, Konslu Ġenerali ta’ Malta fi
NSW li fissret sewwa dwar min u kif wieħed jista’ jakkwista
ċittadinanza Maltija u ċċarat ħafna punti li dwarhom kien hemm
bżonn ta’ iktar informazzjoni. |