WWW.MALTESEWELFARE.COM 


Maltese Welfare (NSW) Inc


Laqgha ohra tainformazzjoni

mill-Maltese Welfare (7 taFrar  07)

 

 

Ghall- ewwel lejla tainformazzjoni ghas-sena 2007 organizzata mill-Maltese Welfare (NSW)  Inc kien hemm sala mimlija Skond l-organizzaturi ftit kellhom fejn ipogguhom fis-sala tal-knisja taGreystanes.

 

Il-President tal-Maltese Welfare, Lawrence Dimech qalilna li ghal dawn il-laqghat dejjem ikollna attendenza numeruza izda jidher li t-tibdiliet li se jigu attwati minn Centrelink fil-pensjonijiet, superannuation u allowances ohra se jaffettwa hafna lill-anzjani taghnaHuwa heggeg ukoll biex inkomplu naghtu informazzjoni ezatta lill-Maltin halli jonqsu d-diffikultajiet u hafna drabi anke komplikazzjonijiet serji fejn jidhlu dikjarazzjonijiet dwar l-assi u d-dhul minhabba informazzjoni zbaljata.

 

Il-lejla tainformazzjoni bdiet b’tahdita siewja minn Terry Sorrell mis-sezzjoni Financial Information Services taCentrelink (Dipartiment Federali Awstraljan) fejn spjega fid-dettal kif se jolqtuna l-ahhar tibiliet Sahaq li huma ghandhom servizz tapariri fejn jidhol l-immaginar tafinanzi.

 

Il-Maltin jistghu jitolbu l-ghajnuna tadan is-servizz billi jcemplu u jitolbu ghal appuntament izda jistghu wkoll jakkwistaw informazzjoni u pariri minn ghand financial advisors li huma rregistrati u maghrufa.

 

Wara tkellmet Maria Louise Muscat  mill-Fiducian Financial Services li saret ferm popolari mal-Maltin specjalment bit-tahditiet taghha fuq ir-radju, 2GLF –FM 89.3 li jinstemakull nhar taHadd  bejn l-10 u l-11 am u l-Maltin inxerdin mad-dinja jistghu jisimuh wkoll fuq l-internet.

 

Marie Louise Muscat tat diversi ezempji fuq l-iskrin takif dak li jrid jibbenefika mill-pensjonijiet taCentrelink ghandu jirranga flusu biex ikun eliggibli ghal aktar pensjoni, dejjem skond ir-regoli stipulati mill-Gvern  Federali.  

 

Kemm Marie Louise Muscat u Terry Sorrell wiegbu b’sengha kbira ghadd tamistoqsijiet minn dawk prezenti. Dawk kollha li kienu prezenti gew moghtija borza mimlija nformazzjoni bil-lingwa Maltija dwar is-servizzi li joffru Centrelink.

 

Lawrence Gatt, il-Vici president tal-Maltese Welfare qalilna li nnutaw kemm hu mehtiega dan il-kwalita tataghrif ghalhekk il-Maltese Welfare se jorganizzaw laghqa ohra simili fi zmien qasir.

 

Previous Seminars:

* Residential care for the aged

* Lejla oħra tatagħrifKif inħarsu lejn ix-Xjuħija

* 15th June 2005 (Part B of the Financial Seminar)

* 15th May 2005 (Part A of the Financial Seminar)

* Jintalab iktar taghrif dwar   il-ligijiet Maltin u Awstraljani

*‘Intergenerational conflict resolution’

*   Some earlier works and seminars

 

Main Page

 

Web Master