WWW.MALTESEWELFARE.COM 
Laqgha ohra success ta’ informazzjoni u taghrif
li sar nhar l-Erbgha, 16 ta’ Awissu 2006
“Il-Maltin anzjani ghandhom kull dritt ghall-informazzjoni ezatta fejn jidhlu d-drittijiet u l-bzonnijiet taghhom” hekk qal Lawrence Dimech, il-President tal-Maltese Welfare (NSW) fil-ftuh ta’ laqgha ohra ta’ nformazzjoni li saret fis-sala tal-Knisja ta’ OLQP ta’ Greystanes NSW.

Il-laqgha li kellha bhala suggett “Residential Care for the Aged” kienet mhux biss informattiva ghall-ahhar izda wkoll kienet ta’ importanza ghal dawk li waslu biex jikkunsideraw, ghalihom jew ghal xi membru tal-familja taghhom “dar” fejn jistghu jirtiraw.
L-ewwel kelliema ta’ din il-laqgha kienet Sister Georgina Sultana OP li hija l-amministratura ta’ St Dominic’s Hostel ta’ Walters Road Blacktown NSW. Sr Sultana tkellmet dwar il-process tax-xjuhija u enfasizzat id-diffikultajiet jekk mhux ukoll l-problemi li jiffaccjaw dawk li jibdew jixjiehu kemm fizikament u kemm mentalment.
Semmiet ukoll id-diffikutajiet ta’ bejn il-generazzjonijiet kif ukoll il-bzonn li anke meta jfittxu dawn id-djar ta’ l-irtirar ikollhom bzonn f’hafna kazijiet iz-zamma ta’ l-uzanzi u l-kultura li trabbew fiha.
Waqt is-sessjoni interessanti ta’ mistoqsijiet minn dawk prezenti li mlew is-sala, Sr Sultana fissret fid-dettal kif ir-residenti ta’ St Dominic’s jghaddu l-gurnata taghhom fost taghlim, rikrejazzjoni, esercizzji u anke religjon. Tkellmet fuq respite care u l-kundizzjonijiet tad-dhul u qalet li f’St Dominic’s fil-prezent 60 fil-mija tar-residenti huma Maltin..
Hija fissret li biex tidhol f’dar tax-xjuh fl-Awstralja kemm f’livell ta’ low jew high care id-decizzjoni hija wahda medikali jigifieri irid ikollok rakkomandazzjoni mit-tabib. Wara tigi ezaminat minn tim mid-Dipartiment tas-Sahha fejn dawn jaghmlu analazi tal-bzonnijiet tal-pazjent kemm dak fiziku u finanzjarju. Mir-rapport ta’ dawn jigu ffissati l-mizati li tista’ thallas meta tidhol fid-djar tax-xjuh.
Intqal ukoll li kulhadd ghandu dritt ghad-dhul anke jekk id-dhul finanzjarju taghhom ikun biss mill-pensjoni.
It-tieni kelliema kienet Marie Louise Muscat li hija esperta fejn jidhlu investiment u ppjanar. Hija kkumplimentat lill-kelliema ta’ qabilha izda dahlet f’iktar dettalji fejn jidhlu mizati kemm jekk huma bond u hlasijiet ohra. Hija kkonfermat li dawn il-hlasijiet huma ffissati mill-Gvern Federali u mhux mid-djar tax-xjuh. Marie Louise Muscat permezz ta’ powerpoint presentation fissret b’figuri u ezampji diversi kazijiet fejn jidhlu finanzi u investiment.
Marie Louise Muscat li kienet qed tirrapprezenta lil Fiducian Financial Services habbret ukoll lil d-ditta taghha se tkompli tisponsorja lil Maltese Welfare (NSW) ghal sena ohra u pprezentat ittra ufficjali lill-President Lawrence Dimech. Dan minn naha tieghu rringrazzja lil Fiducian Financial Services ghal din l-ghajnuna necessarja u assigurhom lil din l-ghajnuna se tmur dirett biex minnha tibbenifika l-komunita’ Maltija specjalment l-anzjani taghna.
Previous Seminars:
*
Lejla oħra ta’ tagħrif – Kif inħarsu lejn ix-Xjuħija
* 15th June 2005 (Part B of the Financial Seminar)
* 15th May 2005 (Part A of the Financial Seminar)
* Jintalab iktar taghrif dwar il-ligijiet Maltin u Awstraljani
*‘Intergenerational conflict resolution’
*
Some earlier works and seminars