WWW.MALTESEWELFARE.COM 

Il-Maltese Welfare (NSW) Inc kellhom attività oħra, meta fis-sala tal-Knisja
ta’ Greystanes NSW organizzaw
laqgħa ta’ informazzjoni dwar ix-xjuħija. Suġġett
li ġibed madwar 60 persuna li flimkien mal-kelliema, il-psikoloġista
Carmen Xuereb eżaminaw
diversi aspetti fid-dettal. Ms Xuereb
bdiet billi eżaminat xi mard li l-iktar jeffettwa x-xjuħija u mbagħad qalbet għas-suġġett,
kif għandna nġibu ruħna max-xjuħ jew aħjar
kif nistgħu nippreparaw aħjar biex naċċettaw il-proċess tax-xjuħija,
li ma jista’ jżommu ħadd.

Wara li kien hemm interval qasir, kompliet sessjoni ta’ mistoqsijiet u dawk preżenti daħlu sewwa fis-suġġett u staqsew ħafna mistoqsijiet relevanti kif ukoll kien hemm oħrajn li għamlu diversi suġġeriment.
Din is-sessjoni kienet imqanqla ħafna u ġiet imexxija tajjeb minn Maria DeCarlo li fetħet il-laqgħa billi tat merħba liż-żewg sponsors tal-Maltese Welfare li kienu preżenti, Marie-Louise Muscat mill-Fiducian Financial Services u Charles Said Vassallo mill-maltageneology.com. Hija wkoll introduċiet lill-kelliema prinċipali u kienet ħadmet bħala għalliema f’Għawdex qabel ġiet l-Awstralja 20 sena ilu, fejn kompliet l-istudji tagħha sakemm iggradwat bħala clinical psychologist.
Sar appell biex jiġi organizzat grupp ta’ Maltin li jridu jkomplu dawn it-taħditiet simili. Dawk li huma interessati għandhom jikkuntatjaw lill-organizzaturi kemm jista’ jkun malajr.

Il-President tal-Maltese Welfare, Lawrence Dimech qal li dawn il-laqgħat ta’ informazzjoni saru popolari ħafna għax is-suġġetti dejjem ikunu dwar il-ħtiġijiet li jolqtu direttament lill-komunità fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Qal li l-Maltese Welfare se jkomplu b’dawn il-laqgħat is-sena li ġejja, iżda l-attività li jmiss se tkun il-Quiet Achievers Night of Recognition. Dawk li jixtiequ jinnominaw xi persuna li jixriqilha għarfien iridu jikkuntattjaw il-Maltese Welfare Tel: 96319295 ħalli nibgħatulhom il-formoli meħtieġa.
Saret ukoll
minuta silenzju għall-mikbi Charles F. Micallef
li miet

Dawk li kien hemm preżenti
iffirmaw card li ġiet ippreżentata lill-martu Mary. Il-funeral ta’ Charles sar
fil-knisja ta’ OLQP fi Greystanes b’quddiesa
funebri konċelebrata
F’din
l-attività saret preżentazzjoni
Dawn il-laqgħat
tal-Maltese Welfare huma sponsorjati
Previous Seminars:
* 15th June 2005 (Part B of the Financial Seminar)
* 15th May 2005 (Part A of the Financial Seminar)
* Jintalab iktar taghrif dwar il-ligijiet Maltin u Awstraljani
*‘Intergenerational conflict resolution’
*
Some earlier works and seminars