WWW.MALTESEWELFARE.COM 

Fuq talba ġenerali
18th May 2005.
|
|
|
|
|
|
F’lejla xitwija, madwar 75 persuna ippakkjaw il-Parish Centre tal-Knisja ta’ Greystanes ghall-ewwel parti mis-Seminar li organizzaw l-Maltese Welfare (NSW) dwar l-ippjanar finanzjarju. Ghalkemm dan is-suggett mhux facli biex tispjegah, madankollu l-kelliema ewlenija, Marie Louise Muscat li hija Certified Financial Planner ma’ Bodinnars Personal Financial Planners irnexxilha twassal bid-dettal u bi spejegazzjoni cara kif wiehed ghandu bzonn jiehu hsieb flusu biex ikollu ferm iktar dhul kontinwu u kif ukoll ikun jista’jiehu sehem mill-iskema tal-pensjonijiet tal-Gvern.
Il-financial adviser li titkellem tajjeb ferm bil-Malti hadet lill-udjenza, li kienet wisq attenta dawra sewwa ma kif ghandek tinvesta flusek biex tkun iktar fi zgur u biex ma tinqabadx fi skemi spekulattivi li jidhru sabieh izda jkunu mimlija riskju. Sehqet ukoll biex ma ninvestux f’naha wahda u naqsmu l-investimenti f’iktar minn qoffa wahda.
Wara intervall qasir, kien hemm participazzjoni shiha b’mistoqsijiet relevanti li juru l-interess enormi li din il-lejla ta’ informazzjoni holqot fost dawk prezenti.
Il-kaxxiera tal-Maltese Welfare, Nathalie Gatt li mexxiet il-lejla qaltilna li din l-ewwel parti miz-zewg lejliet li hemm ippjanati kienet success enormi minhabba l-kapacita’ u l-esperjenza tal-kelliema u l-attenzjoni li wrew il-participanti.
F’isem The Maltese Welfare li sar ferm maghruf ghal dawn il-lejliet ta’ taghrif li jipprezentaw minn zmien ghal iehor b’tant ghaqal biex jinfurmaw il-Maltin dwar id-drittijiet u l-bzonnijiet taghhom irringrazzjat lil Bodinnars Personal Financial Planners li ghogobhom jisponserjaw dawn l-iljieli ta’ taghrif.
Ta’ min ifakkar ukoll li din l-ghaqda ghandha l-website taghha, www. maltesewelfare.com fejn fost aktar taghrif isibu l-Maltese Community Directory li jinkludi fih lista ta’ negozjanti Maltin li jridu jahdmu mal-komunita’ Maltija.
Ringrazzjament imur ukoll lil maltageneology.com li huma l-isponsors ewlenin ta’ The Maltese Welfare (NSW) Inc, lill-The Maltese Herald u r-radjijiet bil-lingwa Maltija specjalment l-SBS Radio.
Ritratti:
1.Marie Louise Muscat (xellug) il-kelliema fis-seminar u Nathalie Gatt, il-kaxxiera ta’ The Maltese Welfare (NSW) Inc.
2. Dehra
ta’ dawk li attendew is-seminar tal-Maltese Welfare (NSW) Inc.
------------------------------------------------------------------------------
Previous Seminars:
* Jintalab iktar taghrif dwar il-ligijiet Maltin u Awstraljani
*‘Intergenerational conflict resolution’
*
Some earlier works
and seminars