WWW.MALTESEWELFARE.COM 


Laqgha ta’ nformazzjoni mill-Maltese Welfare (NSW)

 

 

Jintalab iktar taghrif dwar

il-ligijiet Maltin u Awstraljani

mir-reporter taghna

 

Kienet lejla xitwija b’hafna xita u bard izda s-sala tal-knisja kattolika ta’ Greystanes NSW xorta kienet mimlija bhal balla ghall-lejla ta’ nformazzjoni li The Maltese Welfare (NSW) organizzaw dwar il-Ligi.

Dawk li attendew zgur ma hargux dizappuntati ghax il-lejla kienet organizzati tajjeb hafna u hargu minjieri ta’ informazzjoni kemm dwar il-ligijiet Awstraljani u kif ukoll dwar il-ligijiet Maltin.

Il-laqgha giet miftuha mill-Presidnet tal-Maltese Welfare, Lawrence Dimech li fakkar li l-ghaqda issa ilha 27 sena tahdem fost il-Maltin u tispecjalizza f’dawn il-laqghat ta’ informazzjoni u seminars dwar il-bzonnijiet u d-diffikultajiet li jaffrontaw il-Maltin f’NSW. 

Huwa qal ukoll li kull sena jorganizzaw ukoll The Quiet Achiever – Night of Recognition li s-sena l-ohra kienet ta’ success kbir u mtella ghall-ewwel darba fl-Annunciation Hall ta’ St Dominic’s Hostel Blacktown.

Il-lejla li kienet imexxija tajjeb ferm minn George Muscat bdiet b’taghrif dwar il-ligi Awstraljana mill-avukat Paul Sant li bhala avukat b’hafna klijenti Maltin spjega id-diffikultajiet legali li l-iktar jitaqghu maghhom bhal ma huma testmenti, prokuri, wirt, xiri u bejgh ta’ djar u diffikultajiet legali ohra.

Wara li sar interval qasir fejn kien hemm xi refreshments kien imiss lill-avukat Tony Vella li ghandu l-ufficju tieghu f’Parramatta biex jispjega xi aspetti tal-ligi ta’ Malta u ghalkemm hafna minn dawn il-ligijiet huma kkomplikati izda sar attentat kollettiv biex tinstab soluzzjoni.  Jidher ukoll li fost il-komunita’ Maltija ghandna nuqqas ta’ gharfien u prattika fejn u kif tigi applikata l-ligi Maltija specjalment fejn tolqot lil dawk il-Maltin li gew jghixu l-Awstralja.

Wara kull sezzjoni saru hafna mistoqsijiet u kienet okazzjoni fejn rajna nteress specjali u bdil ta’ idejat u participazzjoni qawwija.

Freda Micallef, qaltilna li f’lejl tant xitwa l-organizzaturi ma stennewx li se jkun hemm 87 persuna. Innutat li kien hemm nies li gew minn hafna boghod bhal Potts Point, Hurstville, Lakemba, Marsfield ecc. Dan juri wkoll kemm il-Maltin ghandhom fiducja f’The Maltese Welfare (NSW) ghax jafu li kull meta jorganizzaw xi attivita’ jkun hemm is-serjeta’ u johrog hafna taghrif utli.

Ghal din il-laqgha kien hemm prezenti wkoll il-Konslu Generali ta’ Malta f’NSW Joanna Pisani, Dr George Boffa, l-avukat Joseph Orland, Charles Said-Vassallo ta’maltagenealogy.com u John Borg ta’ l-SBS Radio

 

Infakkru wkoll li f’dawn l-ahhar xhur, il-Maltese Welfare organizzat laqghat ta’ taghrif b’success dwar Bereavement, Dimensja u anke dwar il-Konflitti bejn il-Generezzjonijiet li kull darba ghalihom il-Maltin jattendu numeruzi.

Il-Maltese Welfare huma sponsorjati mill-maltagenealogy.com u l-web page taghhom hija maltesewelfare.com.  L-indirizz postali huwa P.O. Box 656 Merrylands NSW 2160. 9631 9295 or 0416 119 100

 

 

------------------------------------------------------------------------------

Present Seminar:

Previous Seminars:

* 15th May 2005 (Part A of the Financial Seminar)

* Jintalab iktar taghrif dwar   il-ligijiet Maltin u Awstraljani

*   Some earlier works and seminars

 

 

Main Page

 

Web Master