WWW.MALTESEWELFARE.COM 
Laqgħa ta’ interess dwar id-depressjoni u l-ansjetà
Mhix xi ħaġa faċli li kull meta torganizza lejla ta’ informazzjoni għall- Maltin ikollok sala mimlija nies iżda hekk jiġri meta l-Maltese Welfare (NSW) Inc jorganizzaw dawn il- lejliet ta’ interess għall-komunità tagħna fiċ-Ċentru tal-Knisja ta’ Greystanes NSW.
L-aħħar laqgħa smajna lill-Professur Godfrey Pirotta jitkellem dwar l-ħajja f’Malta “illum u dari” iżda din id-darba l-għażla kienet xi ftit iktar viċin il-ħajja ta’ l-emigranti.
Kif qal fl-introduzzjoni tiegħu l-President tal-Maltese Welfare (NSW), Lawrence Dimech kienu ilhom jaħsbu kif se jippreżentaw din il-lejla għax is-suġġett kien wieħed diffiċli biex jiġi ppreżentat b’mod li ma joffendix u b’metodu li jista’ jiftiehem minn kulħadd.
Fl-aħħar irnexxilhom isibu kelliema li huma qrib sewwa tal- komunità li jifhmu sewwa l-bżonnijiet tagħna l-Maltin fejn tidħol l-ansjetà u d-depressjoni. Mhumiex suġġetti faċli iżda ma hemmx dubju li huma suġġetti ta’ ħtieġa u jolqot lil ħafna.
Saru għalhekk arranġamenti mal-Maltija Nancy Serg li taħdem bħala Multicultural Worker f’Merrylands Community Health Centre u flimkien ingħażlu kelliema addattati li dehruli għamlu impatt sewwa fuq iktar minn 70 persuna li attendew fil- jum storiku meta fil-Parlament Federali saret id-dikjarazzjoni mistennija ta’ apoloġija dwar li stolen generation lill- poplu indiġenu ta’ l-Awstralja.
Anthony P. Sciberras BSc (Psych) UNSW, M Soc Sci UWS, MBA, SGSM, JP iben ġenituri Maltin li għandu esperjenza ta’ 26 sena bħala psikologu f’ħafna sferi differenti kemm fis-settur pubbliku u anke fis-settur privat tkellem b’mod dirett li laqgħat sewwa s-suġġett tant sensittiv. Huwa spjega b’lingwa li tifthem il-fażijiet differenti tan-natura ta’ l-ansjetà u kif din tista’ mbagħad twassalgħad-depressjoni. Fisser sewwa x’inhuma s-sintomi assoċjati u kif dawn is-sintomi jistgħu jiġu iffaċjati mill- maġġoranza tagħna li f’xi partijiet ta’ ħajjitna jkollna nikkumbattu ma’ perjodi ta’ ansjetà. L-ansjetà fil-fatt hija reazzjoni naturali u bżonnjuża għas- saħħa għax tfisser il- mod kif naffrontaw il-perikli tal-ħajja.
Dwar id-depressjoni il-psikologu Sciberras qal li din mhix fażi ta’ dwejjaq jew bidla biss fil-mod kif naffrontaw il-ħajja normali iżda jekk inħalluha tirkibna tista’ twassal f’ħafna problemi serji. Ħafna drabi d-depressjoni taħkimna ftit ftit u ndumu ħafna ma nfittxu għajnuna. Huwa ħeġġeġ lil dawk li jintlaqtu minn din il-marda biex jitolbu għajnuna għax illum il-metodi biex tinsab soluzzjoni huma effettivi u mhux ta’ periklu. Semma li tista’ tinkiseb informazzjoni minn fuq l-internet www.beyondblue.org.au.
Preżenti ukoll kien hemm Pauline Fenech-Calleja magħrufa sewwa fil-komunità li bħala psikoloġista man- Nepean Health.
Services
għamlet diversi interventi siewja meta kien hemm bżonn u appellat biex jekk
ikollna bżonn ta’ għajnuna għandna nċemplu lil Transcultural Mental Health
Centre
Dawk preżenti dehru attenti sewwa u saru diversi mistoqsijiet li komplew kabbru l-valur u l-informazzjoni utli li ħarġet minn din lejla oħra ta’ informazzjoni li tant saru popolari mal- komunità Maltija.
Fl-aħħar wkoll sar survey fost dawk preżenti biex ikun hemm analisi sewwa ta’ kif ġie milqugħ id-diskors li sar u x’effett kellu fuq dawk preżenti. Il- kumitat tal-Maltese Welfare jirringrazzja lil dawk kollha li għamlu din il-lejla suċċess.
|
|
Maltese Welfare (NSW) Inc is sponsored by
Fiducian Financial Services Pty Ltd - Tel 1300 554 409
and Maltagenealogy.com
Previous Seminars:
* Tagħrif dwar iċ-Ċittadinanza Awstraljana u Maltija
* Laqgha ohra ta’ informazzjoni
* Residential care for the aged
*
Lejla oħra ta’ tagħrif – Kif inħarsu lejn ix-Xjuħija
* 15th June 2005 (Part B of the Financial Seminar)
* 15th May 2005 (Part A of the Financial Seminar)
* Jintalab iktar taghrif dwar il-ligijiet Maltin u Awstraljani
*‘Intergenerational conflict resolution’
*
Some earlier works and seminars