Maltese Welfare (NSW) Incorporated

Quiet Achievers – Night of Recognition

 2007.

Lejla Maltija f’Sydney li ghamlitilna unur

 

Ghal dawn l-ahhar snin drajna mmorru ghal Quiet Achievers Night of Recognition li l-Maltese Welfare (NSW) jorganizzaw fis-sala li hemm f’St Dominic’s Hostel fil-belt ta’ Blacktown, NSW.

Din id-darba kienet is-seba’ sena nfila li matul NSW Seniors Week jigu onorati wkoll ghadd ta’ Maltin anzjani. Dan l-avveniment sar maghruf ghal mod dinjituz u professjonali li jigi pprezentat.

Fl-Annunciation Hall rajna programm li ghamel unur mhux biss lil dawk li gew onorati, mhux biss lil dawk li attendew, izda wkoll lill-komunità Maltija ta’ NSW.  Kien programm immexxi b’ghaqal u sens ta’ attenzjoni fejn l-eroja kienu l-veterani li gew onorati.

Il-Quiet Achievers Night of Recognition issir taht il-patrocinju ta’ l-iSpeaker ta’ l-Asseblea Legislattiva, l-Onor John Aquilina.  Dis-sena kien hemm prezenti l-E.T. s-Sur Francis Tabone, Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja li gie apposta minn Canberra biex jattendi u jaghti r-ringrazzjament tieghu u tal-Gvern Malti lil dawk li gew onorati.

Prezenti wkoll kien hemm il-Membru Federali ta’ Greenway, Louise Markus, il-Prof Stephen Gatt, Rev Fr John Briffa sdb, Lino Vella l-editur ta’ The Maltese Herald, membri ohra tal-medja Maltija, rapprezentanti tal-Country Women Association u ghadd gmielu ta’ Presidenti ta’ l-ghaqdiet Maltin.  Kien hemm prezenti wkoll rapprezentanti mill-Fiducian Financial Services u l-Maltagenealogy.com, iz-zewg sponsors tal-Maltese Welfare.

F’din il-lejla smajna wkoll il-vucijiet helwin tal-kor tat-tfal ta’ Greystanes High School (ara ritratt).  L-ghazla tal-kant taghhom kienet ferm addattata u ppprezentata bi hlewwa.  

Imbaghad kien hemm il-kantant Steven Anthony Vassallo, maghruf hafna ghall-istil Country & Western, izda din id-darba ferrah lil kulhadd specjalment meta bhala tifel Malti mwieled fl-Awstralja kanta kif fissrilna hu “ bl-accent ta’ Awstraljan jitkellem bil-Malti” Is-sala mimlija nies taghtu applaws qawwi.

Fid-diskors ta’ merhba l-President tal-Maltese Welfare (NSW), Lawrence Dimech qal li l-ghaqda se tkompli tahdem b’kolaborazzjoni ma’ ghaqdiet Maltin ohra biex il-kontribut siewi ta’l-pijunieri Maltin ma jintesa qatt.  Huwa qal ukoll li fl-ahhar seba’ snin f’dawn l-avvenimenti gew mghotija gharfien lil 105 anzjan Malti.

Huwa fakkar ukoll li l-Maltese Wefare dis-sena jghalqu 30 sena minn mindu gew imwaqqfa fl-1977.  Irringrazzja wkoll lil shabu tal-kumitat ghax-xoghol li jwettqu biex tigi organizzata din il-lejla li tant tigbor fiha dettal u kontribuzzjoni mill-komunitaà kollha.

L-ewwel unur tal-lejla mar ghand George Bartolo.  Ftit jiem qabel dan il-Malti gie onorat mill-Gvern ta’ NSW  f’cerimonja ufficjali fit-Town Hall ta’ Sydney meta gie moghti s-Seniors Achievement Award 2007.

George Bartolo ilu ghal dawn l-ahhar 50 sena jahdem fost il-komunità Maltija fl-inhawi ta’ l-Illawarra.  Kien ilu 28 sena shah President tal-George Croos Falcons Club ta’ Cringila.  Huwa mdahhal sewwa ma’ l-Illawarra Ethnic Community Council u kien kemm President u anke Segretarju tal-Maltese Community Council of NSW.  Il-Kummissarju Gholi Francis Tabone ipprezentalu certifikat ta’ l-unur u rringrazzjah tal-hidma fejjieda tieghu ghal hutu Maltin( ara ritratt).  Maria DeCarlo qrat bid-dettaljat il-hajja ta’ George Bartolo

It-tnax-il anzjan li gew onorati kienu:

Augustine Borg, John Borg, Nancy Borg Serg, Anne Buhagiar, Mary Caruana, Lena Falzon, Sam Farrugia, Sam Mifsud, Anthony Pace-Faraud, Theresa Quattromani, Arthur Sammut u Charles J. Schembri.  

Louise Markus MP u Prof Stephen Gatt ipprezentawlhom ic-certifikati ta’ l-unur waqt li x-xoghol taghhom fil-qasam tal-voluntarja gie spjegat minn Marlene Dimech.

Nathalie Gatt mexxiet il-lejla bi stil mexxejja u zammet id-dinjità ta’ l-okkazjoni.  Sr Olivia Falzon tas-Sorijiet Dumnikani u l-Konslu Generali Joanna Pisani li ghalqet il-lejla b’diskors qasir gew ipprezentati bukkett fjuri kull wiehed. Kienet tassew lejla li ghamlitilna unur.

 

Captions:

1. It-13-il persuna li gew onorati fil-Gimgha ta’ l-Anzjani ta’ NSW:

Fuq: John Borg, Arthur Sammut, Sam Mifsud, Anthony Pace-Feraud, Augustine Borg, Charles J. Schembri, Sam Farrugia.  Fuq quddiem: Theresa Quattromani, Lena Falzon, Anne Buhagiar, George Bartolo, Nancy Borg-Serg u Mary Caruana.

 

2. Il-kumitat tal-Maltese Welfare (NSW) Inc. Fuq quddiem: Doris Grima, Maria DeCarlo, Lawrence Dimech, Marlene Dimech, Rita Kassas, Nathalie Gatt.

Fuq, Lawrence Gatt, Charles Schembri, Lino Vella, Sam Farrugia. 

 

Xoghol ta’ hila fuq l-injam

Waqt il-lejla hekk imsejjha Quiet Achievers Night of Recognition rajna wirja spettakulari ta’ xoghol bl-idejn fuq injam (Brazil Mahogony.  It-tappezzar u skultur ta’ hila  responsabbli minn dan ix-xoghol hu Joseph Spadaro li twieled Malta u gie l-Awstralja meta kellu sitt snin fl-1954 mal-geneturi tieghu Carmen u Tarcisio 

Hu mizzewweg lil Carmen u ghandhom hamest itfal.  Joseph ghamel il-karrieri tieghu bhala tappezzar b’xoghol fl-ghamara fina u esklussiva.  Minhaba li jbghati mis-smiegh Joseph Spanaro (ara ritratt) intefa b’ruhu u gismu fuq dak li minn delizzju spicca biex sar ix-xoghol specjalizzat tieghi.  Hu taghllem jahdem dan ix-xoghol intriku wahdu. 

Beda b’Swan Chair li dahhlu f’kompetizzjoni fir-Royal Easter Show ta’ Sydney fl-1999 u rebhal l-ewwel premju fis-sessjoni tal-woodcarving.  Fl-2001 rebah il-Grand Champion Award b’xoghol iehor, Federation Chair.  Fl-2002 rebah l-ewwel premju bil-Lantern.  Fl-2003 rebah mill-gdid Grand Champion Award bid-disinn Globe u fl-2004 rebah l-ewwel premju wkoll bil-White Belly Eagle.  Huwa rebah diversi premjijiet fil-Working with Wood f’Castle Hill Show.

 

Click on each picture to expan.

 

 

 

Maltese Welfare (NSW) Inc are sponsored by the

Fiducian Financial Services Pty Ltd - Tel 1300 554 409

and Maltagenealogy.com

 

Table of Contents of Previous Events.

 

  1. List of Honour - Quiet Achievers Award
  2. Night of Recognition 2001-2004
  3. News Article of Night of Recognition 2004
  4. Night of Recognition 2005.
  5. Night of Recognition 2006.

 

Main Page