WWW.MALTESEWELFARE.COM 


 

 

 

 

 Gharfien ghall-anzjani f’NSW

 

 Ghar-raba’ sena nfila, bhala parti mis-Seniors’ Week, il-Maltese Welfare (NSW) ipprezentaw il-Quiet Achiever - Night of Recognition, din id-darba fl-Annunciation Hall, is-sala tant moderna u sabieha li tinsab f’St Dominic’s Hostel fi Blacktown bhala parti mis-Seniors’ Week.
 
Kienet lejla tassew success quddiem sala mimlija bhal bajda, lejla li giet ipprezentata b’mod u manjiera li onorat b’dinjita’ u solenita’ lill-anzjani fil-komunita’ Maltija.
 
F’din il-lejla gew onorati 17-il persuna anzjana u tnejn ohra li gew ipprezentanti b’gharfien specjali.
 
Il-lejla bdiet b’diskors qasir mill-President tal-Maltese Welfare (NSW) Inc,   Lawrence Dimech OAM fejn fakkar

 

Ritratt ta' dawk kollha li hadu l-Quiet Achievers Award 2004.

 

li din il-lejla hija inizjattiva mill-ghaqdiet u gruppi Maltin biex jaghtu gharfien xieraq lil dawk minn fosthom li jahdmu fil-qasam tal-voluntarjat. Huwa spjega li l-Maltese Welfare ilhom jahdmu ghall-bzonnijiet tal-Maltin ghal dawn l-ahhar 27 sena shah u bl-attivitajiet taghhom dejjem jippruvaw joholqu djalogu serju biex nsibu soluzzjoni tad-diffikultajiet li jiffaccjawna.
 
Ghalkemm li Speaker ta’ l-Assemblea Legislattiva ta’ NSW, l-Onor John Aquilina ma setax jattendi minhabba li nqalalu impenn urgenti f’naha ohra ta’ l-Awstralja baghat messagg televizziv li fiha fahhar lill-komunita’ Maltija u l-mod kif niehdu hsieb il-bzonnijiet ta’ l-anzjani b’manjiera dinjituza u b’sens ta’ dmir.
 
Imbghad kien imiss lill-Assoc Prof Stephen Gatt li hadna fi vjagg ta’ interess u spjega fid-dettal u bi prezentazzjoni “power-point” l-ghaxar punti foloz li jistghu jhawdu l-imhuh meta nigu biex nifhmu l-kura ta’ l-anzjani taghna  fid-djar tax-xjuh.  Huwa  fisser it-tibdil li sar f’dawn l-ahhar snin u kif djar bhal St Dominic’s illum qed jaghtu serhan mhux biss bhala hostel izda

Fr John Broffa jipprezenta l-Outstanding Seniors' Award lil Fr Claude Borg

 

f’fazijiet differenti li minnhom taddi x-xjuhija. Huwa spjega wkoll ghaliex St Dominic’s hija wahda mill-ahjar djar ghal kura ta’ l-anzjani fejn mill-50 resident, 30 huma Maltin.
 
Il-hin mistenni li jigu moghtija l-awards kien ipprezentant b’mod ferm organizzat u dinjituz fejn Marlene Dimech u Nathalie Gatt qraw fil-qosor, bil-Malti u bl-Ingliz dettalji mill-hajja ta’ Crissy Attard-Payne, Imelda Bonello, George u Giorgina Bugeja, Greg Caruana, Gemma Ciantar, Carmen Coppini, Joseph Fabri, Maggie Faure, Lucy u Eddie Grasso, Jimmy Magro, Maria u Michael Mercieca, Tony Vassallo, Emanuel u Emanuela Vella u Sistu Zammit. Il-prezentazzjonijiet saru mill-Assoc. Prof Stephen Gatt mghejun minn Freda Micallef.
 
Wara dawn il-prezentazzjonijiet saret prezentazzjoni specjali lil Fr Claude Borg MSSP li daz-zmien huwa residenti f’St Dominic’s ghax-xoghol siewi tieghu fost il-komunita’ Maltija. Il-prezentazzjoni saret minn Fr John Briffa SDB li s-sena l-ohra kien ircieva dan l-unur hu stess.
 
Charles F. Micallef gie pprezentat s-Seniors’ Week Achievement Award 2004 mid-Dipartiment ta’ l-Ageing, Disability & Home Care ghax-xoghol siwi tieghu fil-qasam tal-volontarjat. Il-prezentazzjoni saret mill-Konslu Generali ta’ NSW, Ms Joanna Pisani li fl-ahhar ghalqet din il-lejla memorabbli b’diskors fejn fahhret din l-inizjattiva u  ferhet lil dawk kollha li gew onorati.

 

Sar ringrazzjament specjali wkoll lil Sr Giorgina Sultana ta’ l-ghajnuna u l-koperazzjoni taghha biex din il-lejla tkun is-success kbir li kienet. Sr Sultana giet ipprezentata b’bukkett fjuri minn Marlene Dimech.
 
Mrs Maria DeCarlo mexxiet il-programm li ghal darba ohra ta xhieda kemm hawn fostna min hu kapaci jorganizza b’dinjita’ u rispett fejn jidhlu l-anzjani taghna. Ta’ min ifahhar ukoll lid-diretturi ta’ St Dominic’s Hostel talli hallew lill-Maltese Welfare (NSW) jaghmlu uzu mill-Annunciation Hall biex jigu onorati l-anzjani Maltin. Ta min isemmi wkoll li ghal din is-serata attendew l-akbar numru ta’ nies, f’dawn l-ahhar erba’ snin.

Il-Konslu Generali, Joanna Pisani tipprezenta Award specjali lil Charles Micallef

Marlene Dimech ma' Sister G.Sultana

 

 

Previous Years of the Quiet Achievers Nights

 

Main Page

 

Web Master