Maltese Welfare (NSW) Incorporated
Quiet Achievers –
Night of Recognition
2008
Partiċipazzjoni
sћiћa miż-żgћażagћ
waqt avveniment annwali gћall-anzjani
Youth participation in an annual event held for seniors

Ritratt tal-gruppli hadu l-awards:
Filliera fuq mix-xellug:
Carmelo Baldacchino, Francis Psaila, Godfrey Sultana, Greg Caruana, Easter u Frank Coleiro, Joe Formosa u Anthony Agius.
Isfel mix-xellug:, Elsie Bugeja, Annie Grech, Mary Camilleri, Salvina Falzon, Freda Micallef u Sr Grace Cini.
|
SBS Report on the Quiet
Achievers Award function held at St. Dominics Hostel, Blacktown during
Seniors Week organised by the Maltese Welfare NSW Inc. |
Ma hemm l-ebda dubju li l-Quiet Achievers Night of Recognition li jipprezzentaw kull sena l-Maltese Welfare (NSW) saret avveniment mhux biss mistennija izda wahda mill-ahjar li jkollna fil-komunita’ Maltija ta’ NSW. Ghal darba ohra nhar il-Erbgha fl-Annunciation Hall ta’ St Dominic Hostel f’Blacktown NSW kellna ftit iktar minn saghtejn ta’ prezentazzjoni ta’ klassi gholja u dinjituza.
Dan l-avveniment isir kull sena fis-Seniors Week ta’ NSW taht il-patrocinju ta’ l-Onor John Aquilina MP (Leader of House, NSW Parliament) li bi kliem meqjuz ghalaq din il-laqgha b’appell biex nibqghu nghozzu u niftakru fil-hidma sfiqa tal-veterani taghna waqt li ninkoraggixxu aktar participazzjoni miz-zghazagh.
.
Kienet lejla wkoll ta’ diversi tifkiriet, specjalment is-segment li fakkar l-ghoxrin anniversarju ta’ kemm ilha tilqa’ residenti d-Dar ta’ Xjuh ta’ St Dominic’s. L-ewwel resident li gie accettat fl-1988 kien Salvu Pace mill-Gzira.
Barra dan gie moghti gharfien xieraq lil Sr Alice Forbes li kontinwament ilha sservi fid-dar tax-xjuh ghal ghoxrin sena shah. Sr Alice dalwaqt se ticcelebra l-gublew tad-deheb tal-professjoni taghha. Ghalkemm mhux Maltija izda ghamlet ghaxar snin bhala majjistra fl-isptar ta’ Santa Katarina f’H’Attard u hija parti ntegrali mill-komunita, sa anke titkellem tajjeb bil-Malti. Sr Alice fost capcip kbir rceviet certifikat ta’ apprezzjament u bukkett fjuri mill-President tal-Maltese Welfare.
Il-participazzjoni taz-zghazagh spikkat ferm meta gie pprezentat segment dwar il-World Youth Day 08. Kien hemm prezentazzjoni vizwali tal-kanzunetta, it-tema tal-WWD 08: Receive the Power kantata minn Guy Sebastian u Garry Pinto b’dehriet mis-soprano Amelia Farrugia u Robert Galea, it-tnejn Maltin.
Biex ikompli l-accenn fuq iz-zghazagh, James Cassar, zaghazugh ta’ dixxendenza Maltija mimli talent, kanta tlett kanzunetti b’hila kbira, specjalment Il-Bajja tal-Mellieha,
Kien imiss lil Adrienne Vella., il-Youth Co-Ordinator tas-St Vincent de Paul li attendiet zewg World Youth Days fl-ibliet ta’ Ruma u Cologne fl-Ewropa li tkellment b’elokwenza dwar l-esperjenza taghha u hegget lil dawk prezenti biex jiehdu parti attiva f’din l-okazzjoni unika li se jkollna Sydney fil-prezenza tal-Papa Benedittu. Ms Vella tassew impressjonat u qalghet tifhir bil-mod kif tkellmet dwar il-World Youth Day.
Dawk li mlew is-sala setghu wkoll jaraw esibizzjoni ta’ pittura ta’ personalitajiet prominenti Maltin li giet ipprezentata minn Charles Schembri liema wirja dehret li kienet ferm popolari. Post il-pitturi, kien hemm dawk ta’ Dun Gorg, Beata Mary MacKillop, il-Budaj, Troy Cassar Daley u persunalitejite lokali bhal Joe Galea, Rigu, Joe Apap,. Lawrence Dimech u Sam Vella.
Il-lejla waslet fl-eqqel taghha meta gie maghruf li Gregory Caruana gie moghti unur specjali mill-Gvern Statali ta’ NSW ghax-xoghol tieghu fil-qasam tal-voluntarjat. Il-gimgha l-ohra kellna rapport shih fuq il-hajja ta’ dan l-attur u promuter fil-qasam tal-palk Malti f’NSW.
Fl-ahhar saru l-presentazzjonijiet lil tlettax il-persuna li din is-sena gew maghzulin, wara nominazzjonijiet mibghuta minn membri tal-komunita ghax-xoghol taghhom voluntarju fil-komunita. Dawn kienu:
Anthony Agius, Mro Carmelo Baldacchino, Elsie Bugeja, Mary Camilleri, Sr Grace Cini fcj, Esther & Frank Coleiro, Salvina Falzon, Joe Formosa, Annie Grech, Freda Micallef, Francis Psaila u Godfrey Sultana. L-awards tqassmu minn Louise Markus MP u l-Prof Stephen Gatt.
Kif intqal sewwa, kienet difficli ferm biex minn nominazzjonijiet kollha li dahlu jinghazlu biss tlettax u dawk li baqghu barra mhux ghax ma kienx haqqhom izda ghax kienet hemm limitu fil-ghazla finali.
Il-President tal-Maltese Welfare, Lawrence Dimech irringrazzja wkoll lil dawk kollha li attendew. Din is-sena, l-attendenza kienet anke aktar minn snin ohra. Irringrazzja lill-bord tad-diretturi ta St Dominics’ Age Care Facility, lill-kumitat habrieki u lil dawk kolha li b’xi mod kienu ta’ ghajnuna. Saret ukoll prezentazzjoni ta’ fjuri lis-superjura Giorgina Sultana li tmexxi St Dominic’s.
Il-lejla kienet imexxija tajjeb hafna minn Nathalie Gatt waqt li Marlene Dimech u Maria DeCarlo kienu l-qarrejja. Lawrence Gatt kien il-fotografu u ko-ordinatur tekniku.
Fost dinjitarji ohrajn li attendew kien hemm l-E.T Francis Tabone, Kummissarju Gholi, il-Konslu Generali Annamarie Bonnici, Louise Markus MP, il-Konti Charles Said Vassallo, Frank u Marie Louise Muscat, Harold u Marie Boddinar, Lino Vella, Ariel Fiorini, Fr John Briffa, Fr Leonard Testa, Charles Grech-Soler tal-BOV, Charles Mifsud tal-MCC u ghadd ta’ Presidenti u rapprezentanti ta’ ghaqdiet u radjijiet Maltin.
Is-sorijiet ta’ St Dominics’ fi Blacktown: Sr Giorgina Sultana, Sister Olivia Falzon
Isfel: Sr Paulina Balbi u Sr Alice Forbes.
Il-Kumitat tal-Maltese Welfare (NSW):
Fuq mix-xellug: Lino Vella, Lawrence Dimech (President) Lawrence Gatt, Emmanuel Grima. Joe Micallef, Sam Farrugia u Greg Caruana.
Bil-qeghda mix-xellug: Rita Kassas, Freda Micallef, Marlene Dimech, Nathalie gatt (kaxxiera) Maria DeCarlo (Segretarja) u Doris Grima. Mhux fir-ritratt Charles u Marie Schembri.
The very Packed Room
(Click to
Enlarge).
Maltese Welfare (NSW) Inc are sponsored by the
Fiducian Financial Services Pty Ltd - Tel 1300 554 409
Table of Contents of Previous Events.