WWW.MALTESEWELFARE.COM 


Maltese Welfare (NSW) Inc

Current News

Telqu ghal ghonq it-triq –

l-istorja ta’ l-emigrant Malti lejn l-Awstralja

 

 

 

Mr Lawrence Dimech OAM and Mrs Maria de Carlo JP.

 

Meta tkun wiehed minn dawk li fil-hamsinijiet harist madwarek u ftit rajt futur ghalik u l-familja tieghek, meta tlaqt djul ommok u l-wens ta’ missierek, hutek u pajjizek trabbi fik imhabba specjali ghal dak li hallejt warajk.

 

Iktar ma tikber fiz-zmien, iktar ma xaghrejk jibjadlek iktar thoss f’qalbek dik in-nostalgija.  Tiftakar fiz-zmien ta’ tfulitek li ghaddejt imhares mis-swar tal-gzejjer taghna.  Dwar dan kollu mhux facli li tinsa ghax hemm fl-idejn patafjun ta’ kitba u memorabilja.  Li mhix daqstant abbundanti hija l-istorja ta’ l-emigrant.

 

Ghaliex kellu jitlaq lejn l-Awstralja? X’kienu c-cirkustanzi li gaghluh jitlaq?  Kienet telqa sfurzata?  Fi kliem iehor gie mqalfat ‘il barra bil-barka tal-hakkiema ta’ dak iz-zmien u anke il-Knisja Maltija kienet temmen li l-emigrazzjoni kienet l-ahjar triq ghal pajjiz li thalla jkattar il-popolazzjoni Kattolika tieghu minghajr razan ta’ xejn

 

Inkitbu diversi kotba dwar l-emigrazzjoni minn Malta ghall-Awstralja.  Hemm irrekordjati xogholijiet utli specjalment dawk minn Albert Agius, Fr Lawrence Attard, Dr Barry York, Mark Caruana, Augustine Borg, il-Prof Maurice Cauchi u ohrajn.

 

Fil-karriera tieghi gurnalistika u xoghol fost il-komunita’ Maltija fl-Awstralja, irnexxili niltaqa’; inkellem u nghix ma’ hafna Maltin li ghaddew mill-process ta’ l-emigrazzjoni, iz-zmien difficli li ghaddew minnu fl-ewwel snin taghhom u anke d-diffikultajiet li ltaqghu maghhom fuq il-hafna vapuri caqlembuta li kaxkruhom lejn l-Awstralja.

 

Kien hemm imbaghad l-esperjenzi li ghaddejt minnhom jien stess u dawk qrib tieghi, marti, huti u hafna hbieb.  Fil-qosor, jien ma fittixtx xi ricerka mohbi wara xi skrivanija izda kont wiehed minn dawk li daqu l-imrar, it-tbatija u s-successi li gabet maghha l-emigrazzjoni lejn l-Awstralja.

 

Joe Cutajar

 

Minn dawn l-esperjenzi hareg il-ktieb “Telqu ghal ghonq it-triq” li gie mniedi l-gimgha l-ohra f’Sydney l-Awstralja quddiem sala ppakkjata bin-nies.  Ma stajtx nemmen l-impatt ta’ dan il-kiteb fuq dawk li qrawh u dawk li attendew lejla fejn spikkat in-nostalgija u l-imhabba ghal dak kollu li hallejna warajna.

 

Kif kiteb sewwa il-Profs Godfrey Pirotta fid-dahla tal-ktieb, dan mhux ktieb dwar l-emigrazzjoni imma dwar l-emigranti u l-istejjer persunali taghhom.  Stejjer li juruk li fi zmenijiet ohra l-hajja ta’ l-emigrant xejn ma kienet facli.

 

Il-kiteb huwa mzewwaq ukoll b’ghadd ta’ ritratti, hafna minnhom storici li jaghtu hajja lil madwar 32 emigrant li fethu qalbhom dwar dak li ghaddew minnu specjalment fl-ewwel snin taghhom f’pajjiz li ftit kienu jafu dwaru.  F’pajjiz li xejn ma kien lest biex jilqa’ barranin specjalment dawk minn nahat t’isfel ta’ l-Ewropa.

 

Mark Caruana

 

Il-ktieb “Telqu ghal Ghonq it-triq”  gie mniedi f’lejla ta’ mostalgija u memorji pprezetata mill-Maltese Welfare (NSW) mill- Ministru John Aquilina MP.. 

Kemm l-Onor John Aquilina MP u kemm il-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja u NZ, Francis Tabone ghamlu appell biex l-istorja ta’ l-emigrazzjoni minn Malta ma tintesix u biex il-Maltin fl-Awstralja jkomplu jaghmlu l-isforzi taghhom biex jigbru memorabilja halli dawk li gew warajna ma jinsew qatt l-ispirtu pijunir u d-determinazzjoni li wrew l-emigranti meta minn gzira tikka gew fl-ikbar kontinent gzira  darbtejn u nofs ikbar mill-Ewropa.

 

Wara li l-Onor John Aquilina nieda l-ktieb

 

Is-sala ta’ OLQP Church fi Greystanes kienet ippakkjata bin-nies li semghu diskors imqanqal minn Mark Caruana li huma maghrufa ghar-rickerka tieghu fl-emigrazzjoni tal-Maltin.  Huwa mhux biss hadna lura lejn l-ewwel nies li gew minn Malta izda semmalna ilhna ta’ Maltin li gew qabel l-ahhar gweerra jitkellmu dwar dak li ghaddew minnu.

 

Wara tkellem Brain Decelis, emigrant li ilu biss l-Awstralja sitt xhur fejn spjega kemm hija differenti l-emigrazzjoni minn Malta daz-zmenijiet u dik ta’ wara l-gwerra. Huwa qal li ghalkemm huwa gradwat mill-Universita’ xorta sabha difficli biex jigi accettat ghall-emigrazzjoni waqt li meta wasal Sydney ukoll ma kienet xejn facli ghalih li jsib xoghol fil-livell tieghu.

 

Brian Decelis

 

Ghal din il-lejla kien hemm ukoll Joseph Cutajar u martu Vivian li jinsabu fl-Awstralja ghal btala minn Malta.  Joe Cutajar huwa gurnalista veteran u tkellem dwar l-enormita’ ta’ dan il-pajjiz u r-rabta’ li hawn bejn iz-zewg pajjizi, rabta’ bbazata fuq in-nies mhux xi kummerc jew negozju. 

 

Prezentazzjoni lis-Sr Giorgina minn Lawrence Dimech

 

F’din il-lejla saret ukoll prezentazzjoni lis-soru Giorgina Sultana li hija nkarigata minn St Dominic’s Aged Care Facility fl-anniversarju ta’ l-20 sena li ilhom jipprovdu servizz tant utli lill-komunita’generali u ghall-ghajnuna kontinwa taghhom lill-komunita’ Maltija.

Il-lejla kienet imexxija tajjeb hafna mis-Segretarja tal-maltese Welfare NSW, Maria DeCarlo li qalet li ma stennewx daqstant nies izda jidher li dan il-kiteb kellu impatt qawwi fuq il-komunita’ Maltija u l-istorja ta’ l-emigrazzjoni lejn l-Awstralja.

 

Parti minn dawk l-emigranti li l-istorja taghhom tidher fil-ktieb

 

Ghal iktar taghrif dwar il-ktieb “Telqu ghal ghonq it-Triq” ikkuntatjaw lawdimech@optusnet.com.au Tel 61 2 9631 9295 jew f’Malta cemplu  Tel: 21 441545.

F’Melbourne Lil Gejtu Deguara, Centru Malti ta’ Parkville jew f’Sydney The Maltese Herald Tel: 61 2 9637 9992

 


List of Previous News Events:

 

Main Page

 

Web Master