L-ghaqda The Maltese Welfare (NSW) Inc ghadhom kemm habbru li waslu fi ftehim ma' Maltagenealogy.com biex huma jkunu l-isponsors tal-Maltese Welfare ghas-sena li gejja. F'cerimonja li saret fis-sala tal-knisja ta' OLQP fi Greystanes, Charles Said-Vassallo li huwa l-webmaster ta' Maltagenealogy.com ipprezenta cekk f'forma ta' ghajnuna finanzjarja lill-President ta' din l-Ghaqda, Lawrence Dimech, fil-presenza ta' l-esekuttiv u ghadd ta' membri ta' din il-ghaqda.
 
Charles Said-Vassallo qalilna li din il-website tista' tghin lil dawk il-Maltin kollha li jixtiequ jkunu jafu dwar id-dixxendenzi taghhom f'Malta jew madwar id-dinja. Huma diga qed jghinu hafna Maltin biex isiru jafu min kienu l-antenati taghhom.
 
Huwa jittama li l-assocjazzjoni mal-Maltese Welfare, li dalwaqt ikollhom ukoll l-website taghhom, tghin biex bil-kontribuzzjoni finanzjarja ta' maltagenealogy.com ix-xoghol tal- Maltese Welfare ikompli jikber.

Lawrence Dimech, il-President ta' The Maltese Welfare, qal li huma qatt qabel ma fittxew ghajnuna
minn nahat Maltin ghax dejjem ippruvaw jiksbu ghotjiet mill-entitajiet governattivi u kunsilli lokali. Din l-assocjazzjoni ma' Maltagenealogy.com waslet fi zmien meta ma nistghux inwarrbu iktar id-direzzjoni teknologika li qed taghmel impatt fuq l-komunitagenerali, ghalhekk  irridu  nkunu minn ta' quddiem biex  inkomplu  bil-laqghat   ta'

 

Lawrence Dimech qieghed jircievi l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja minghand ir-rapprezentant ta' maltagenealogy.com, Charles Said-Vassallo. Fit-truf jidhru (xellug) Maria Decarlo, is-Segretarja u Nathalie Gatt, il-kaxxiera.

Ritratt tal-membri tal-Maltese Welfare waqt l-ahhar laqgha li kellhom: Fuq wara mix-xellug: Rita Kassas, Mark Caruana, Maria DeCarlo, Rita Cassar, Greg Caruana, Lawrence Dimech, Charles Said-Vassallo, Nathalie Gatt u Marlene Dimech. Vella, Joe Aquilina, Joe Farrugia.

informazzjoni u fl-istess waqt naccettaw is-servizzi kompjuterizzati jew "on line" biex inservu ahjar lill-komunita Maltija.

 

Ghal dawk li jridu jkunu jaf  iktar dwar l-antenati taghhom, idhlu fil-maltagenealogy.com