WWW.MALTESEWELFARE.COM 


CURRENT News Page

 

 

Tibdil fil-ligijiet tac-cittadinanza Awstraljana b’beneficcju ghal eluf ta’ Maltin

 

Il-Maltese Welfare (NSW) urew interess fil-process tal-Gvern Federali Awstraljan biex jimmodernizza l-ligijiet dwar ic-cittadinanza Awstraljana. Dan il-process beda fis-sena 2004 meta giet imwaqqfa l-ewwel Inkjesta mis-Senat Federali Awstraljan.
 
Fis-27 tal-Lulju 2004, Lawrence Dimech OAM, il-President tal-Maltese Welfare (NSW) gie msejjah biex jixhed quddiem Kumitat tas-Senat Awstraljan li dak in-nhar iltaqa’ fil-Parlament House ta’ Sydney.
 
Din l-inkjesta finalment ipprezentat ir-rapport taghha u rrakomandat fost hafna inizzjattivi godda li l-Gvern Awstralja inehhi l-limitu ta’ l-eta’ massima ta’ 25 sena li kien dahhal fil-ligi ghal dawk li kienu tilfu ic-cittadinanza Awstraljana.
 
Dan ir-regulament kien jaccetta biss zghazagh  taht il-25 sena li setghu jitolbu    lura   c-cittadinanza   Awstraljan.

 

Lawrence Dimech OAM f'Parliament House Canberra quddiem ritratti ta' zewg Prim Ministru Awstraljani, Joseph B. Chifley (lemin) u Sir Robert G. Menzies

Kellna ghadd kbir ta’ persuni li twieldu l-Awstralja u l-geneturi taghhom haduhom biex jghixu f’Malta meta t-tfal kienu ghadhom zghar.
 
Qabel is-sena 2000, il-ligijiet Maltin kienu joffru biss cittadinanza doppja sa’ l-eta ta’ 18-il sena. Hafna minn dawn z-zghazagh li twieldu l-Awstralja riedu jibqghu jghixu mal-familja taghhom, jahdmu u jistudjaw f’Malta; ghalhekk skond il-ligi Maltija kellhom jaghmlu decizzjoni wisq difficli. Jekk jaghzlu c-cittadinanza Maltija jitilfu dik Awstraljan. Jinghad li kien hemm madwar 2,500 resident f’Malta li hadu dan il-pass.
 
Bid-tibdil li qed jipproponi l-Gvern Federali Awstraljan dawn l-2,500 persuna, kif tghaddi l-ligi jkunu jistghu jergghu japplikaw biex jakkwistaw lura c-cittadinanza Awstraljani li kienu rrinunzjaw fl-eta ta’ bejn it-18 u 19-il sena.
 
Mis-sena 2004 sar hafna tibdil fl-Awstralja. F’Ottubru 2004 kellna elezzjoni Federali fejn il-Liberali/ National rebhu ghall-ewwel darba maggoranza assoluta fiz-zewg kmamar.
 
Kulhadd kien qed jistenna li r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Inkjesta 2004 kienu se jigu implimentati izda ma kienx hekk ghax fil-25 ta’ Novembru 2005, is-Senat mill-gdid irrefera l-Australian Citizenship Bill 2005 lis-Senat Legal and Constitutional  Committeebiex ghal darba ohra ssir inkjesta b’rapport finali mmarkat ghal 25 ta’ Frar 2006.
 
Minn dan, irrizulta talba biex dawk interessati f’dawn il-proposti ta’ tibdil fil-ligi tac-Cittadinanza Awstraljana jibghatu sottomissjonijiet lil din l-inkjesta. The Maltese Welfare (NSW) ghal darba ohra bghatu sottomissjoni lil din l-inkjesta tant li kienu l-uniku Ghaqda Maltija mill-Awstralja kollha li gew mitluba biex jidhru quddiem il-kumitat ta’ l-inkjesta maghmul minn numru ta’ Senaturi Federali.
 

 

Marisa Payne

 

Annette Hurley

 

Nigel Scullon

 

Andrew Bartlett

 

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2006, Lawrence Dimech gie mitlub imur Canberra biex jispjega kif dan it-tibdil tal-ligi jista’ jolqot lil dawn l-eks Awstraljani li jghixu f’Malta. Huwa kien akkumpanjat minn Marlene Dimech, membru wkoll ta’ Maltese Welfare (NSW).

F’sala tal-kumitati f’Parliament House fil-belt kapitali ta’ Canberra kien hemm is-Senaturi Annette Hurley (S.A. Labor), Marisa Payne (Chair, NSW Liberal), Andrew. Bartlett (Qld Democrats), Nigel Scullon (NT National) u s-segretarju ta’ l-Inkjesta, Jonathan Curtis.

Is-Senatur Payne irringrazzjat lil Lawrence Dimech li vvjagga minn Sydney (madwar 600 km) biex jattendi din l-inkjesta u staqsitu jekk barra s-sottomissjoni li diga bghatet l-Ghaqda tieghu bil-miktub xtaqx izid xi haga ohra.

Lawrence Dimech spjega li l-Maltin jinsabu grati li se jigu moghtija lura c-cittadinanza Awstraljan li rrinunzjaw taht forma ta’kwazi theddida biex ikun jistghu jibqghu Malta.

Kompla izda li fil-Bill li kien qieghed jigi pprezentat, it-tfal ta’ dawn l-eks Awstraljani mhux se jkunu jistghu japplikaw bhal geneturi taghhom ghax dawn twieldu Malta f’dak il-perjodu meta l-geneturi taghhom ma kienux Awstraljani minhabba li rrinunzjaw.

Lawrence Dimech ghamel appell qawwi biex minflok niddibattu l-komplikazzjonijiet tal-ligi u taht liema sezzjoni se ningassaw lil dawn it-tfal ghandna niffukaw ferm iktar kif lil dawn it-tfal, li l-geneturi taghhom twieldu l-Awstralja, se naghtuhom id-dritt ukoll ghac-cittadinanza Awstraljana.

  
Dan ghaliex iktar jaghmel sens li naccettaw fl-Awstralja nies li ghandhom affinita’ u wirt Awstraljan. Il-geneturi ta’ dawn it-tfal zgur li ghaddew lit-tfal taghhom il-wirt u t-tradizzjonijiet Awstraljani ghax ghixu fl-Awstralja l-ahjar snin ta’ hajjithom, is-snin tal-formazzjoni taghhom.
 
Huwa mbghad semma r-rabta zonqrija bejn Malta u l-Awstralja u kif il-Maltin ghandhom storja tajba hafna bhala cittadini ezemplari f’dan il-pajjiz u sahaq biex l-inkjesta tirrakkomanda li dawn it-tfal ikollhom id-dritt li japplikaw ghac-cittadinanza Awstraljana.
 
Wara saru ghadd ta’ mistoqsijiet minn kull Senatur prezenti biex dawn jaghrbu izjed fil-fond l-argumenti tal- Maltese Welfare kif gew ipprezentati minn Lawrence Dimech f’Canberra. Din is-sessjoni ta’ mistoqsijiet u twegibiet damet iktar minn nofs siegha.
 
Wara l-prezentazzjoni mir-rapprezentant Malti tkellmet permezz ta’ videolink ma’ Brussell, l-avukata Anne MacGregor, il-ko-fundatur tas-Southern Cross Group li tant qed jahdmu biex jiddefendu d-drittijiet ta’ l-Awstraljani li huma mferxin mad-dinja kollha.
 
Hija tkellmet fit-tul u b’elokwenza u ghamlet emfazi fuq it-tfal Maltin u dahlet f’hafna dettalji. Is-sottomissjoni dettaljata tas-Southern Cross flimkien mad-dehra ta’ Ms MacGregor quddiem din l-inkjesta qajjmet hafna interess fost is-Senaturi u flimkien ma’ dak li qal Lawrence Dimech ghandu jwassal biex il-Maltin ihossuhom li gew rapprezentati b’hila quddiem din l-inkjesta.
 
Waqt li kien fil-belt Kapital Canberra Lawrence Dimech hataf l-opportunita wkoll biex jitkellem ma’ ghadd ta’ Membri Parlamentari dwar il-komunita’ Maltija fl-Awstralja.

 

 

 

 

 


List of Previous News Events:

 

Main Page

 

Web Master